Paul Pogba jista’ jilgħab fi Spanja

    L-aġent ta’ Paul Pogba, Mino Raiola, wiegħdu li sa ftit tax-xhur oħra ser ikun qed jilgħab fi Spanja jew ma’ Real Madrid jew inkella ma’ Barcelona. Dan qalu MinoRaiola famuż ferm għal ċertu trasferimenti li jiftiehem.

    Lura għas-sena 2016 l-istess Raiola kien qal li Pogba jagħmel tliet snin jilgħab l-Ingilterra u eventwalment imur ikompli l-karriera tiegħu fi Spanja.

    Il-midfielder Franċiż ilu jissemma’ li jitlaq lir-RedDevils wara li xejn m’għandu relazzjoni tajba mal-kowċ Jose Mourinho.

    S’issa huwa lagħab fl-erba’ partiti tal-United u skorja żewġ gowls għalihom matul dan l-istaġun.