Kont kważi se nieqaf mill-futbol ? Richarlison

    L-istilla Brażiljana ta’ Everton Richarlison de Andrade żvela mas-sit uffiċjali tal-klabb li kważi kien ser jieqaf jilgħab il-futbol fl-eta’ ta’ 16-il sena minħabba li kellu interessi oħra. Dak iż-żmien hu kien jagħmel parti minn Atletico Mineiro u meta għarraf lid-diriġenti Brażiljani b’dan il-ħsieb qalulu biex jikkunsidra sew din id-deċiżjoni.

    Eventwalment il-plejer li llum għandu 21 sena baqa’ għaddej u din id-deċiżjoni ma kinitx żbaljata minħabba li minn dakinhar sal-lum lagħab ma’ Watford u riċentement ġie akkwistat minn Everton  għas-somma ta’ £35 miljun. Dan it-trasferiment sewa mitqlu deheb għat-Toffees meta l-Brażiljan skorja tliet gowls minn daqstant logħbiet.