Fulham lesti li jġeddu l-kuntratt ta’ Ryan Sessegnon

    Fulham jinsabu ħerqana li jżommu lill-winger Ingliż Ryan Sessegnon hekk kif l-ogħla awtoritajiet tal-klabb lesti li jibdew taħditiet sabiex jiġġedded il-kuntratt eżistenti tiegħu. Dan ġie żvelat mis-sit tal-internet Express.

    Tottenham Hotspur jinsabu interessati f’dan il-player ta’ 18-il sena li kien fundamentali sabiex Fulham ġew promossi għal PremierLeague Ingliż.

    Sessegnon beda tnejn mill-erba’ konfronti li lagħbu l-Cottagers u qed jibqa’ jkun ir-rivelazzjoni ta’ dan it-team.

    Huwa għad irid jiġi mgħajjat mill-coach tat-team nazzjonali Ingliż Gareth Southgate wara li s’issa lagħab f’kull kategorija ta’ The Three Lions.