Pep Guardiola jrid itemm il-karriera tiegħu mal-akkademja ta’ Barcelona

    Il-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, irid jispiċċa l-karriera tiegħu mal-akkademja ta’ Barcelona u nsista li mhux ser jaħdem mal-ewwel skwadra.

    Il-manager ta’ 47, kien parti mit-team tal-ħolm ta’ Barcelona tal-1990 qabel ma ngħata l-ewwel inkarigu tiegħu bħala manager mat-team B, fl-2007.

    Imbagħad bejn l-2008 u l-2012, rebaħ 14-il trofew mal-ewwel team ta’ Barcelona, biex waragħamel tliet staġuni ma’ Bayern Munich u wasal f’Manchester fl-2016.

    Guardiola, ffirma ftehim ġdid mas-City, f'Mejju biex iżommu fl-Ethiad Stadium sal-2021.

    Waqt intervista huwa qal: "Jiena se nispiċċa minn fejn bdejt. Ser nispiċċa l-karriera tiegħi fl-akkademja. Nispera f’Barcelona.”