Leon Bailey fil-mira ta’ Chelsea

    Il-ġganti tal-Premier League, Chelsea, jinsabu nteressati fil-player ta’ Bayer Leverkusen, Leon Bailey.

    Bailey kien fuq ir-radar ta’ Arsenal, Manchester United u Liverpool matul it-tieqa tat-trasferiment tas-sajf, iżda l-ebda klabb ma’ seta’jakkwista lil dan l-attakkant.

    Madankollu l-player ta’ 21 sena, għandu qalbu marbuta ma’ trasferiment lejn Stamford Bridge.  Għaldaqstant dan it-trasferiment jista’ jseħħ f’Jannar li ġej, jekk Chelsea jagħmlu offerta ta’ €60 miljun.