Hugo Lloris u Delle Ali barra mil-logħba kontra Liverpool

    Il-players ta’ Tottenham, Hugo Lloris u Delle Ali, huma mistennija li jitilfu l-konfront mill-Premier League kontra Liverpool ta’ nhar is-Sibt li ġej.

    Il-goalkeeper ta’ Spurs, Hugo Lloris, huwa mistenni li jkun barra mill-azzjoni għaldivesri ġimgħat minħabba korriment fil-koxxa.

    L-internazzjonali Franċiż weġġa’ fir-rebħa kontra Manchester United lura f’Awwissu u tilef il-logħba ta’ Spurs fejn tilfu 2-1 kontra Watford. Michel Vorm huwa mistenni li jissostitwixxi lil Loris.

    Ali, wegga’ l-hamstring meta kien mat-team nazzjonali Ingliż kontra Spanja,is-Sibt li għadda. Il-midfielder ħalla l-kamp Ingliż u ma’ lagħab fil-logħba ta’ ħbiberija kontra l-Isvizzera,it-Tlieta li għadda.