David Silva se jħalli lil Manchester City

    L-istilla ta’ Manchester City, David Silva, se jħalli liċ-champions tal-Premier League, fil-2020, meta l-kuntratt attwali tiegħu jiskadi u jixtieq jingħaqad mal-klabb ta’ żgħożitu, Las Palmas.

    Silva ngħaqad mas-City mingħand Valencia għal €29 miljun fil-2010 u stabbilixxa ruħu malajr bħala wieħed mill-iktar players konsistenti tal-Premier League.

    Il-player ta’ 32 sena għamel 345 dehra għas-City fil-kompetizzjonijiet kollha u kien parti ntegrali fit-tliet titlili rebħu u sar leġġenda fl-Etihad Stadium.

    Iżda l-midfielder, li jagħlaq 33 sena f'Jannar, jaħseb li t-tmiem tal-karriera tiegħu għall-Blues hija viżibbli, u “jien dejjem xtaqt nilgħab għalLas Palmas – it-team lokali ta’ fejn kont ngħix. Iżda issa naraw kif l-affarijiet imorru f’dawn is-sentejn u nimxu minn hemm,” qal Silva.