Marco Verratti jġedded il-kuntratt ma’ Paris St Germain

    Il-player ta’ Paris-Saint Germain, Marco Verratti, huma mistennija li jiffirmaw kuntratt ġdid mal-klabb Franċiż.

    L-istilla Taljana ngħaqad ma’ Paris St Germain mingħand Pescara lura fl-2012 u s’issa għamel 239 dehra għall-klabb ta’ Ligue 1 fil-kompetizzjonjiet kolha.

    Il-player ta’ 25 sena li kien assoċjat ma’ Manchester United u Chelsea dan is-sajf, huwa viċin li jiffirma kuntratt ġdid li jżommu fil-Parc de Princes sal-2023, bil-ftehim attwali tiegħu jiskadi fil-2021. Huwa ser ikun qed jaqla’ madwar €7 miljun fis-sena.

    Iċ-champions Franċiżi qed jittamaw li jorbtu lil Angel Di Maria, lil Alphonse Areola u lil Adrien Rabiot, b’dan tal-aħħar jigi offrut ftehim simili.