Chievo jitnaqqsulhom tliet punti u mmultati

    Il-klabb ta’ Serie A, Chievo Verona, jew mnaqqsin tliet punti u mmultati €200,000 euro, il-FIGC kkonfermaw, wara li ħolqu qligħ fittizju ma’ Cesena billi nnegozjaw plejers  biex jilħqu r-regoli ta’ reġistrazzjoni tas-Serie A.

    F'dikjarazzjoni, l-FIGC iddikjaraw li s-sezzjoni dixxiplinari tat-Tribunale Federale Nazionale, ippreseduta minn Cesare Mastrocola, aċċettat ir-riferiment tal-prosekutur li tiddixxiplina lil Chievo Verona bi tnaqqis ta’ tliet punti, li għandhom jittieħdu fl-istaġun kurrenti u multa ta’ €200,000.

    It-TFN issanzjonat  ukoll lill-president tal-klabb, Luca Campedelli, b’sospensjoni ta’ tliet xhur, kif ukoll projbizzjoni ta' xahar u 15-il gurnata għall-konsulenti, Piero Campedelli, Giuseppe Campedelli, Michele Cordioli u Antonio Cordioli.

    It-Tribunale ddecieda li ma għandux jipproċedi bil-kaz kontra Cesena minħabba r-revoka tal-affiljazzjoni tagħhom, iżda jissanzjona lil Guido Aldini u Samuele Mariotti għal xahar u 15-il ġurnata.