George Weah jilgħab għal Liberja fl-etá ta' 51 sena

    L-ex stilla ta’ Milan, illum President tal-Liberja, lagħab f’partita ta’ ħbiberija uffiċjali għal pajjiżu fl-etá ta’ 51 sena.

    Weah kien irtira mill-football fl-2003 biex jikkonċentra fuq il-politika u f’Jannar li għadda sar il-mexxej ta’ pajjiżu.

    Madankollu, dan ma żammux milli jilgħab 79 minuta fit-telfa 2-1 kontra n-Ni­ġerja nhar it-Tlieta li għadda.

    Għalkemm l-ex attakkant ta’ Chelsea ma skorjax, huwa xorta ma deherx ħuta barra mill-ilma kontra players ta’ livell għoli nklużi Wilfred Indidi, Kelechi Iheanacho u Henry Onyeku­ru.

    Weah jibqa’ l-uniku rebbieħ Afrikan tal-Ballun tad-Deheb u l-Player tas-Sena tad-Dinja tal-FIFA, waqt li skorja 58 goals f’ħames staġuni għal Milan.

    Il-logħba ġiet irranġata ad unur il-flokk numru 14 li Weah kien jilbes meta kien fil-quċċata tal-karriera tiegħu, li issa l-Liberja rtiraw.