Alphonse Areola ser jibqa’ ma’ PSG

    Il-goalkeeper ta’ riserva ta’ Paris St Germain Alphonse Areola huwa ferm viċin li jġedded il-kuntratt maċ-champions Franċiżi. Dan skont RMC illi spjega li minkejja li matul dan l-istaġun daħal bejn il-lasti l-ex goalkeeper ta’ Juventus Gianluigi Buffon, huwa xorta jinsab determinat li jiġġieled għal postu.

    Diġà kien hemm laqgħa bejn Areola, l-aġent tiegħu u d-diriġenti tal-club Pariġin u jidher li l-ftehim ser ikun qed ifisser li huwa ser iġedded il-ftehim tiegħu sa Ġunju 2023.

    Areola kien fl-ewwel ħdax tal-konfront li spiċċa fi draw ta’ 0-0 bejn Franza u l-Ġermanja u ngħata l-aqwa player tal-partita tul id-90 minuta fejn ġab saves mill-aqwa.