Ernesto Valverde għadu ma ġeddidx

    Il-coach ta’ Barcelona Ernesto Valverde qed idum jaħsibha sabiex jiffirma kuntratt ġdid mal-club Katalan. Fil-fatt l-ex coach ta’ Athletic Bilbao tenna li għandu l-ħsieb li jkellem lid-diriġenti tal-klabb f’Jannar illi ġej.

    Valverdeiffirma kuntratt lura għal Mejju 2017 li jorbtu mal-club għal sentejn. Iżda l-ogħla awtoritajiet tal-club mill-Camp Nou qed jaħsbulu minn issa għalkemm skont l-istess coach m’hemmx xi għaġla partikolari.

    Fl-ewwel sena tiegħu fil-kariga, Barcelona rebħu tliet tazzi li huma l-kampjonati, il-Copa del Rey u s-Super Cup Spanjola.