Diego Jota u Ruben Neves mfittxija minn tliet clubs

    Id-duo ta’ Wolves, Diego Jota u Ruben Neves qed jattiraw tliet clubs ewlenin fl-Ewropa fit-tentattiv illi jiksbu l-firma tagħhom. Wara li ManchesterUnited u ManchesterCity urew interess f’Neves, issa żdied ukoll l-isem ta’ Jota li wkoll qed jiġi evalwat mid-diriġenti taż-żewġ timijiet. L-affari iżda ma waqfitx hawn minħabba li daħlu fis-sitwazzjoni c-champions Taljani Juventus li wkoll jinsabu interessati f’dawn iż-żewġ players Portugiżi.

    Jota għandu 21 sena u ġie akkwistat minn Wolves f’Jannar illi għadda fejn bilkemm lagħab erba’ logħbiet. Min-naħa tiegħu Neves huwa tampar Jota u lagħab 43 partita bil-flokk ta’ Wolves filwaqt li skorja 7 gowls.