Scott Brown ser iġedded ma’ Celtic

    Il-captain ta’ Celtic Scott Brown huwa ferm viċin li jiffirma ftehim ġdid mal-klabb minn Glasgow.

    Il-kuntratt attwali tal-midfielder ser jiskadi matul is-sajf li ġej, iżda Brown, li rebaħ tmien kampjonati ma’ Celtic, ser ikun qed jġedded iż-żmien tiegħu f’CelticPark.

    Brown qal li m’hemm l-ebda problema mal-klabb li qatta’ żmien twil miegħu u dan kollu ser ikompli jiġġedded fis-snin illi ġejjin hekk kif hu jinsab ferm għal qalbu ma’ TheBhoys.

    Brown ilu ma’ Celtic sa mis-sena 2007 fejn lagħab 321 partita u skorja 25 gowl.