Jerome Boateng mhux se jingħaqad ma’ Manchester United

    Jerome Boateng stqarr li hu ċempel lil José Mourinho biex jgħid lill-manager ta’ Manchester United li mhux ser jingħaqad mar-Red Devils.

    Mourinho kien herqan biex jiffirma difensur ċentrali ġdid fejn Boateng, Toby Alderweireld u Harry Maguire kienu kollha fuq il-lista.

    Il-player ta’ 30 sena kellu wkoll taħdidiet ma’ Paris Saint-Germain dwar ċaqliq potenzjalment għal-Ligue 1, iżda l-player għażel li jibqa’ ma’ Bayern Munich.

    L-internazzjonali Ġermaniż ammetta li kien ħerqan li jħalli

    liċ-champions Ġermaniżi għax xtaq sfida ġdida iżda baqa’ magħhom hekk kif: “Jiena nħossni sew ma’ Bayern Munich. Huwa wieħed mill-akbar klabbs fid-dinja,” stqarr Boateng.

    “Jien ċempilt lil José Mourinho u għedtlu li jien onorat bl-interess tiegħu u rringrazzjatu,” kompla jgħid il-Ġermaniż.