Il-karriera ta’ Lazar Markovic waslet fi tmiemha

    Il-karriera ta’ Lazar Markovic waslet fit-tmiem tagħha hekk kif dan ġie degradat għall-iskwadra ta’ Taħt it-23 ta’ Liverpool.

    Is-Serb iffirma ma’ Liverpool għal €22 miljun mingħand Benfica fl-2014.

    Iżda ż-żmien tiegħu f’Anfield kien wieħed mill-aktar diffiċli hekk kif huwa għamel 19-il dehra għar-Reds f’erba’ snin. Huwa kien misluf lil Fenerbahce, Sporting Lisbon, Hull City u Anderlecht.

    Huwa kien mistenni li jitlaq fis-sajf iżda mossa permanenti ma’ Anderlecht naqset milli timmaterjalizza.

    Il-player ta’ 25 sena fadallu biss 12-il xahar fuq il-kuntratt attwali tiegħu ma’ Liverpool u jista’ jħalli Anfield fuq trasferiment bla ħlas s-sajf li ġej.

    Huwa ma ġiex imsemmi fl-iskwadra tal-Premier League jew f’tal-UEFA Champions League dan l-istaġun.

    Il-karriera tiegħu ma’ Liverpool messet il-qiegħ din il-ġimgħa meta ġie mġiegħel biex jitħarreġ f’Kirkby mal-kategorija ta’ Taħt it-23 sena.