AĠĠORNAT: Il-Kadavru huwa ta' Simon Psaila Rabti ta' 24 sena... Jinstab kadavru f'qiegħ il-baħar fix-Xemxija

    AĠĠORNATA: Il-Pulizija għadha kif inkkonfermat li l-kadavru li nstab iktar tard wara nofs inhar huwa ta Rabti ta' 24 sena. Il-kadavru ġie identifikat li hu ta' Simon Psaila, li kien qiegħed jogħdos bin-nifs fl-inħawi tal-Veċċa

    Illum, għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta' filgħaxija, instab kadavru, f’qiegħ il-baħar fl-inħawi tal-Veċċa fix-Xemxija. Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn il-kadavru ttella’ l-art. Il-kadavru li huwa ta’ raġel, għadu mhux identifikat.

    Il-Pulizija li marru minnufih fuq il-post kienu assistiti mill-membri tal-AFM. Fuq il-każ inħatret il-Maġistrat tal-Għassa Dr Y. Micallef Stafrace LLD li magħha ħatret diversi esperti sabiex jgħinuha.