Il-KAŻ SKRIPAL: “Il-ġimgħa li ġejja nitkellem dwar il-każ” … Ir-Renju Unit tgħid li r-Russja qed tigdeb

    L-awtoritajiet Brittaniċi qed jakkużaw lir-Russja li qed tigdeb wara li l-President Russu Vladimir Putin saħaq li iż-żewġt irġiel suspettati bl-avvelenament tal-ispija Russu Sergei Skripal ġew identifikati.

    Putin qal li l-identità tal-irġiel inkwistjoni hia magħrufa, u żied jgħid li m’hemm xejn kriminal dwar il-profil tagħhom. Huwa żied jiċħad l-allegazzjonijiet li saru li huma kienu jifformaw parti mis-servizz sigrieti Russu.

    Madankollu l-Prim Ministru Brittaniku Theresa May attakkat il-verżjoni mogħtija minn Putin u qalet li r-Russja ripetutament naqset milli twieġeb mistoqsijiet dwar x’kienu qed jagħmlu dawn l-irġiel fir-Renju Unit ladarba ma kinux involuti fl-attentat ta’ qtil ta’ Sergei Skripal u bintu Yulia.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija Britanika identifikat liż-żewġt irġiel bħala Alexander Petrov u Ruslan Bosirov u saħqu li dawn kienu jagħmlu parti mis-servizz sigriet Russu.

    Illum Petrov qal lill-midja Russa li se jkun qed jitkellem dwar il-każ, iżda mhux qabel il-ġimgħa li ġejja.