Il-Prim Ministru jagħti ġieħ lil Sir Ugo Mifsud

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat ta ġieħ lil Sir Ugo Mifsud fil-129 anniversarju tat-twelid tiegħu. Fl-età ta' 38 sena, Sir Ugo Mifsud sar it-tielet Prim Ministru ta' Malta lura fl-1924. Fl-1926 kien ko-mexxej flimkien ma' Dr Enrico Mizzi tal-Partit Nazzjonalista. Fl-1939 kien elett membru tal-Kunsill tal-Gvern. Fid-9 ta’ Frar 1942,  Sir Ugo Mifsud sofra attakk tal-qalb waqt li kien qed iwassal diskors kontra l-intenzjoni tal-Gvern Ingliż li jiddeporta ċittadini Maltin lejn l-Uganda. Huwa ħalla din id-dinja jumejn wara, ta' 52 sena f'Villa Preziosi f'Lija, li issa saret ir-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru. Sir Ugo Mifsud huwa midfun fiċ-ċimiterju ta' Lija.