ARA: Tromba tal-arja ġansteska tħalli ħerba fil-Krimea

    Filmat li aktar huwa reminixxenti ma’ dak li jseħħ spiss fl-Istati Uniti, tromba tal-arja ġganteska tidher tiforma fil-Krimea u tgħaddi minn fuq żona abitata tħalli warajha devastazzjoni sħiħa fiż-żona.

    Andrei Sheliakin kien qed jivvjaġġa madwar il-peninsula meta l-maltempata qawwija laqtet lill-belt ta’ Feodosia.

    Ir-ritratti juru l-kobor tat-tromba tal-arja hekk kif tersaq b’mod minaċċuż lejn il-bliet u l-irħula li jinsabu fil-madwar.

    Sheliakin saħaq li ġieli assisti għall-fenomeni oħrajn ta’ trombi tal-arja iżda qatt ma assista għal wieħed minn distanza daqstant ravviċinata.

    Il-maltempata qawwija kkaġunata xita qalila u riħ qawwi, b’diversi siġar jinqalgħu mill-għeruq kaġun tal-kundizzjonijiet estremi tat-temp. Il-maltempata hija rapportata li żvolġiet fis-6 ta’ Settembru li għadda.