Tikkunsmax dan il-faqqiegħ

    Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed iwissi lill-pubbliku biex ma jikkunsmax prodott bl-isem ta’ ‘Funghi Porcini Secchi Speciali’ minħabba li nstab li jista’ jkun fih biċċiet żgħar ta’ faqqiegħ ta’ speċi differenti minn dak iddikjarat fuq it-tikketta, liema speċi mhijiex identifikata. Il-prodott tad-ditta Baresa huwa tat-30g u għandu d-data tad-durabilità 30 ta’ Mejju 2019.