Vann jispiċċa f'għalqa wara ħabta fin-Nadur … Żewġ sewwieqa jsofru ġrieħi gravi

    Żewġ sewwieqa sofrew ġrieħi gravi wara li kmieni dalgħodu kienu involuti f’inċident tat-traffiku fin-Nadur. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.45 am. fi Triq ir-Rabat.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vann tat-tip Kia Ceres li kien misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex, u vann Isuzu misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti San Ġiljan.

    Kawża tal-ħabta l-vann spiċċa f’għalqa.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ sewwieqa l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn kienu ċċertifikati li kienu qed isofru minn ġrieħi gravi.

    RITRATT: JOE GRECH