Ilma mbierek il-kaġun ta' każi ta' cholera fl-Etjopja

    Uffiċjali tas-saħħa fl-Etjopja waslu għall-konklużjoni li każi riċenti ta’ cholera kienu kkaġunati minn ilma mbierek.

    L-uffiċjali tas-saħħa rnexxielhom jirrintraċċaw l-ilma kkontaminat  għal monasteri fir-reġjun ta’ Tigray, proprju fejn kienu rrapportati l-każi tal-cholera.

    S’issa mietu għaxar persuni b’aktar minn 1,200 oħrajn ikunu infettati minn din il-marda.