Raġel immultat talli “xxuttja” gawwija li ppruvat tisraqlu burger!

    Raġel minn New Hampshire spiċċa biex kien immultat £95 talli ta daqqa ta’ sieq lil gawwija. Meta kien iffaċċjat bl-akkuża ta’ moħqrija ta’ annimali huwa ddefenda lilu nnifsu u qal li l-għasfur kien qed jipprova jisraqlu ċ-cheeseburger li kien għadu kemm xtara.

    Nate Rancloes qal lill-awtoritajiet li huwa sempliċiment kien qed jipprova jkeċċi lill-għasfur b’siequ u b’mod aċċidentali spiċċa biex taha daqqa ta’ sieq.

    Madankollu xhud li inzerta jassisti għal dan kollu qal lill-pulizija li kaġun tad-daqqa li rċeviet, il-gawwija jidher li kienet weġġgħet saqajha.