Jeremy Sarmiento bejn Benfica u Man City

    Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Charlton Athletic Jeremy Sarmiento qed jiġbed l-interess ta’ żewġ clubs li jinsabu jaħdmu sabiex f’Jannar iġibu lil dan il-player ta’ 16-il sena. Dawn huma l-Portugiżi ta’ Benfica u ċ-champions Ingliżi Manchester City. Il-coach ta’ The Citizens Pep Guardiola jinsab impressjonat bil-progress ta’ dan il-player u jixtieq iġibu fl-Etihad Stadium.

    Madankollu, Benfica jinsabu aktar favoriti li jieħdu dan il-player li twieled fil-belt ta’ Madrid minn ġenituri mill-Ekwador u li mar jgħix l-Ingilterra fl-età ta’ seba’ snin. Fil-verita’ Sarmiento ġieli rrapreżenta lit-team nazzjonali Ingliż tant li bħalissa jinsabu regolari mal-kategorija ta’ taħt is-16-il sena.

    Min-naħa tagħhom Charlton jixtiequ jżommu lil dan il-player għalkemm jafu li mhux ser tkun biċċa xogħol faċli.