Manuel Pellegrini jirriskja ferm ma’ West Ham

    Il-coach ta’ West Ham United Manuel Pellegrini jinsab fiċ-ċentru ta’ polemika sħiħa wara li ma rnexxielux jagħmel id-differenza fil-Hammers hekk kif wara erba’ partiti, it-tim għadu ma kiseb l-ebda punt wara telfiet kontra LIverpool, Bournemouth, Arsenal u Wolves. Barra minn hekk huwa l-uniku tim illi għadu ma kiseb l-ebda punt u din il-ħaġa qed tinkwieta mhux ftit lill-viċi-president tal-klabb KarrenBrady li nstema’ ferm diżappuntat fl-istqarrija tiegħu.

    “Ġibna coach b’karriera mill-aqwa, infaqna iktar minn £100 miljun u għadna lanqas biss ġibna punt. Ninsabu fiduċjużi li r-rota terġa’ tibda ddur. L-importanti huwa li nibqgħu maqgħudin,” temm jgħid Brady.

    West Ham imisshom jilagħbu nhar il-Ħadd illi ġej barra minn darhom kontra Everton