Ed Woodward: Mourinho għandu l-fiduċja tat-tim

    Il-kap eżekuttiv ta’ Manchester United Ed Woodward tenna l-fiduċja tiegħu fil-coach Jose Mourinho minkejja l-bidu kemxejn iebes illi kellhom fil-kampjonat Premier Ingliż. Fil-fatt ir-RedDevils ġabru biss sitt punti mill-ewwel erba’ logħbiet li lagħbu minn żewġ rebħiet u żewġ telfiet.

    Minkejja li qed jissemma’ b’ċertu insistenza l-isem tal-ex coach ta’ Real Madrid Zinedine Zidane, Woodward qal li d-diriġenti jinsabu kuntenti bix-xogħol li wettaq s’issa l-kowċ mlaqqam TheSpecialOne.

    Dan huwa t-tielet staġun li l-coach Portugiż qed imexxi lil Manchester United u s’issa rebaħ tliet trofej li huma l-LeagueCup, il-Community Shield u l-UEFA Europa League.