Wolves jirrifjutaw offerti għal Ruben Neves

    Wolves irrifjutawoffertimingħand żewġ timijiet ta’ Manchester jiġifieri City u United sabiex jiksbu s-servizzi tal-player ta’ nofs il-ground Portugiż Ruben Neves. Skont it-tabloids Ingliżi, kemm The Citizens kif ukoll l-United lesti joffru somom sostanzjali sabiex jieħdu magħhom lil dan il-player li qed jispikka mhux ftit mal-istess Wolves. Minkejja kollox, dawn tal-aħħar huma lesti jirrifjutaw kull offerta possibli għax m’għandhomx pjanijiet li jneħħuħ mill-iskwadra.

    Neves, li huwa prodott ta’ Porto,  ilu staġun wieħed mal-Wolves meta lagħab 43 logħba magħhom u skorja 7 goals. Huwa diġà lagħab ukoll seba’ darbiet mat-team nazzjonali Portugiż.