Inter viċin li jilħqu ftehim ma’ Mauro Icardi

    Inter u Mauro Icardi huma qrib li jilħqu ftehim biex jiġġedded il-kuntratt tiegħu.

    Bħalissa s-salarju tal-attakkant internazzjonali Argentin huwa dak ta’ €4.5 miljuni fis-sena bil-kuntratt jintemm fl-2021. Għaldaqstant, in-Nerazzurri jridu jġeddu l-kuntratt tiegħu sal-2023.  

    Inter offrew lill-player ta’ 25 sena salarju ra’ €5.5 miljuni fis-sena.  

    Sadanittant, Inter huwa lesti wkoll li jestendu l-kuntratt ta’ Milan Skriniar minkejja li l-eks stilla ta’ Sampdoria ma aċċettax l-ewwel offerta ta’ Inter.