Diego Simeone jrid isir coach ta’ Inter

    Il-manager ta’ Atletico Madrid, Diego Simeone, ikkonferma x-xewqa tiegħu li xi darba jsir il-coach ta’ Inter.

    "Jien dejjem għidt u naħseb li din hija għażla. Din xi darba ser isseħħ anke jekk ninsab kuntent f’Madrid u naħseb li sejjer tajjeb ħafna magħhom. Qed ngħix f’mument straordinjaru fil-karriera tiegħi,” qal l-Arġentin waqt intervista.

    Natalia, oħt Simeone, kienet qalet li l-ħatra ta’ huha ma’ Inter hija biss kwistjoni ta’ żmien.

    Il-kuntratt tal-manager ta’ 48 sena ma’ Atletico jiskadi fl-2020, filwaqt li l-kuntratt tal-manager ta’ Inter, Luciano Spalletti, jintemm fl-2021.