Marcelo jeħel setenza ta’ ħabs sospiża

    Id-difensur ta’ Real Madrid, Marcelo, aċċetta sentenza ta' ħabs sospiża ta’ erba' xhur u se jħallas €753,000 wara li laħaq ftehim mad-dipaetiment tat-taxxa.

    L-internazzjonali Brażiljan ingħaqad ma’ José Mourinho u Alexis Sanchez li ġew akkużati li ffrodaw lill-awtoritajiet fiskali Spanjoli s-sena l-oħra.

    Skond il-prosekutur pubbliku ta’ Madrid, l-allegati irregolaritajiet kienu marbuta mal-użu ta' ditti barranin biex jimmaniġġaw il-qliegħ tad-drittijiet tal-immagini tiegħu.

    Il-prosekutur pubbliku qal li d-difensur, li ngħaqad ma’ Real Madrid fl-2007, kien uża l-istruttura tat-taxxa għall-benefiċċju fiskali llegali. Il-każimur lura għall-2013.

    Il-player ta’ 30 sena nnegozja sentenza iqsar minn dik mistennija, bil-multa tiegħu tammonta biss għal40% tal-ammont li kien akkużat li ffroda.