Lazio jridu jġeddu l-kuntratt lil Lucas Leiva

    Lazio huma lesti li joffru kuntratt ġdid lill-midfielder Lucas Leiva.

    Il-player ta’ 31 sena ngħaqad ma’ Lazio mingħand Liverpool is-sajf li għadda u malajr sar parti ntergrali mill-istruttura tal-Biancocelesti. Huwa rebaħil-player tas-sena l-istaġun li għadda għalLazio.

    Il-kuntratt attwali ta’ Leiva jiskadi fil-2020, iżda Claudio Lotito u l-bqija tal-management ta’ Lazio huma ħerqana li jżommuh fil-klabb b’mod indefinit. Huma wkoll lesti li joffrulu xogħol mal-istaff teknikuladarba jirtira.

    Il-Brażiljan jingħaqad mal-players Ciro Immobile, Sergej Milinkovic-Savic, Stefan Radu u Senad Lulic li kolha ser jingħataw kuntratti ġodda peress li l-klabb Taljan qed jippjana għall-futur.