Barcelona jridu lil Nacho Monreal u lil Alberto Moreno

    Barcelona jinsabu nteressati fil-player ta’ Arsenal, Nacho Monreal, u f’dak ta’ Liverpool Alberto Moreno

    Il-ġganti Spanjoli qegħdin ifittxu difensur ġdid wara li biegħu lil Lucas Digne lil Everton għal €20 miljun dan is-sajf.

    Id-difensur ta’ Arsenal fadallu sena biex jintemm il-kuntratt attwali tiegħu. Huwa żamm postu taħt il-manager il-ġdid ta’ Arsenal, Unai Emery. Iżda l-inċertezza dwar l-fatt li l-Gunners jistgħu ma jikkwalifikawx għall-UEFA Champions League jista’ jħajjar lill-player ta’ 32 sena biex iħalli lit-team ta’ Londra meta jiskadi l-kuntratt.

    Filwaqt li Moreno ilu f’Anfield għal ħames snin huwa tilef postu mal-waslu ta’ Andrew Robertson sentejn ilu.

    Il-player ta’ 26 sena ser jiskadilu l-kuntratt is-sajf li ġej u Liverpool għadhom ma’ offrewlux kuntratt ġdid.