Stephan Lichtsteiner jitlef postu fit-team ta’ Arsenal

    Minkejja li matul dan is-sajf id-difensur Svizzeru, Stephan Lichtsteiner, ħalla lil Juventus bi free transfer biex ingħaqad mal-club tal-Premier League, Arsenal, mill-ewwel tilef post mal-Gunners minħabba li l-coach il-ġdid, Unai Emery, qed jippreferi li jilgħab lil Hector Bellerin.

    Waqt intervista, il-player ta’ 34 sena, stqarr li ‘”kont naf li ser insib kompetizzjoni kbira minn Hector Bellerin. Stajt nagħżel mill-inqas ħames timijiet oħra fejn kont naf li kont ser nilgħab football regolari, izda jien ma naqtax qalbi. Meta ninudna li ma’ nistax nagħti iktar, dak ikunil-mument li nirtira.’