L-għasfur famuż tal-film 'Rio' iddikjarat estint

    L-iSpix Macaw, jew inkella kif inhu magħruf aħjar fil-film 'Rio' bħala Blu, ġie ddikjarat estint, skont studji li saru f'numru ta' foresti fil-Brażil. 

    L-istudju jgħid li d-deforestazzjoni kienet il-kaġun ewlieni għall-qerda ta' dan l-għasfur li jpaxxi l-għajnejn. L-iSpix MAcaw huwa wieħed minn tmien speċi li ġie ddikjarat bħala estint jew li qegħdin f'riskju li jisparixxu minn wiċċ id-dinja.