"It-tfal ma jafux jiddistingwu!"... Omm tappella bit-tama li tqajjem kuxjenza dwar l-abbuż tad-droga fil-pubbliku

    “It-tfal ma jafux, ibni dalgħodu kien se jaqbad din is-seringa li kienet mitluqa fuq bank li sippost huwa post rikreattiv għall-pubbliku”. Hekk bdiet biex tgħid ma’ dan is-sit omm ta’ tifel li xtaqet tqajjem kuxjenza dwar l-użu irresponsabbli ta’ dawk li jabbużaw mid-droga.

    L-omm spjegat li mhix kwistjoni ta’ servizz ta’ tindif għax hi mill-istess raħal u li f’din iż-żona fl-Imsida fortunatament dan is-servizz isir kuljum.

    Rigward il-pulizija hija qalet ukoll li ġieli rat uffiċjali tal-pulizija jagħmlu tfittxijiet fiż-żona, iżda saħqet li dawn għandu jkunu xi ħaġa aktar frekwenti u li min jinqabad għandu jirċievi sanzjonijiet xierqa biex forsi darba oħra ma jagħmilx l-istess żball.