Il-Gvern bi twissija għall-Maltin li jinsabu fil-kosta tal-xlokk tal-Istati Uniti biex jieħdu il-prekawzjonijiet neċessarji u jekk hemm bżonn jevakwaw

    Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ fi stqarrija maħruġa minnu avża lill-Maltin li jinsabu fil-kosta tal-xlokk tal-Istati Uniti biex jieħdu il-prekawzjonijiet neċessarji u jekk hemm bżonn, jevakwaw miż-żona mill-iktar fis possibli. 

    L-Urugan Florence, li ħa jolqot iż-żona tax-xlokk tal-Amerka matul din il-ġimgħa, hu maħsub li ħa jkollu konsegwenzi traġiċi. L-istati li huma maħsuba li ser jintlaqtu mill-urugan huma dawn: South Carolina, North Carolina, Virginia, u possibiliment Georgia. 

    Ċittadini Maltin li jinsabu fiż-żona għandhom isegwu strettament l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet Amerikani. 

    Għal iktar informazzjoni dwar il-proċeduri neċessarji tas-sigurtà, żur dawn is-siti elettroniċi:

    Apparti l-Urugan Florence, il-maltempati tropikali msejħin Helene u Isaac telgħu għall-kategorija ta’ urugan. Għalkemm ir-rotta ta’ dawn l-urugani għadha mhix definita, hemm riskju kbir li ser jolqtu il-kosta tal-lvant tal-Istati Uniti u l-Karibew. Għaldaqstant, l-Ambaxxata Maltija twissi biex ivvjaġġar lejn dawn in-naħat ikun limitat kemm jista’ jkun sakemm jgħaddi l-istaġun tal-urugani. 

    In-numru tal-emerġenza tal-Ambaxxata ta’ Malta f’Washington DC fl-Istati Uniti hu: +1 202 716 3617. 

    Familjari ta’ Maltin jistgħu jagħmlu wkoll kuntatt mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ fuq in-numru (+356) 21 242 191.