ARA: Jixħtu r-responsabbilitĂ  tal-imwiet tal-immigranti fuq il-politiċi

    Aktar kmieni dalgħodu l-għaqdiet tat-tfittxija u salvataġġ ċivili Mission Lifeline u SeaWatch ħadu sehem f’azzjoni simbolika fil-Belt.

    F’din id-dimostrazzjoni tagħhom, persuni dehru lebsin maskri ta’ mexxejja ta’ stati ewropej immanettjati b’idejhom misbugħin bl-aħmar b’simbolu ta’ tixtrid ta’ demm fl-ibħra ewropej.

    Dan hekk kif illum mistenni jkompli l-każ kontra l-Kaptan Claus-Peter Reisch fil-Qorti. Reisch tressaq il-Qorti wara li daħal bil-bastiment MV Lifeline f’Malta li fuqu kien hemm abbord 234 persuna li ġew salvati mill-għarqa. 

    Għadd ta’ persuna minn dawk salvati ħallew pajjiżna lejn pajjiżi oħra wara li kien intlaħaq ftehim ad hoc bejn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.