Malta ordnata tħallas €200,000 lil żewġ kumpaniji

    Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-bniedem ordnat lill-gvern Malti jagħti madwar €200,000 lil żewġ kumpanijib’rabta ma’proprjetajiet li ġew espropjati fl-1993 taħt l-amministrazzjoni preċedenti.

    Il-Kumpanija B Tagliaferro & Sons Limited u Coleiro Brothers Limited fetħu l-kawża għax sa 25 sena wara li kellhom it-tliet proprjetajiet fil-belt espropjati bil-ħsieb li jintużaw bħala uffiċini tal-gvern inkluż għall-uffiċju tal-avukat ġenerali, il-proġett baqa’ ma seħħx. 

    Iż-żewġ kumpaniji kienu fetħu wkoll kawża fil-Qorti kostituzzjonali ta’ Malta fejn kienu rebħu €15,000 kull wieħed bħala kumpens, madanakollu fetħu l-kawża fl-ewropa għax ħassew li dan il-kumpens ma kienx ġust. 

    Il-Qorti ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tagħthom raġun u ordnat lill-gvern Malti jagħtihom €100,000 kull-wieħed bħala kumpens.

    Hija ordnat ukoll li l-gvern jagħti €10,000 lil Tagliaferro & Sons u €4,500 lil Coleiro Brothers biex ikopru l-ispejjes tal-Qorti.