Ritratti: 17-il sena mill-attakk li xeħet lid-dinja kollha f’terrur bla preċedent

    Bħal lum 17-il sena tfaċċa terrur kbir fl-Istati Uniti wara l-attakk terroristiku li twettaq mill-għaqda terroristika, Al-Qaeda. Dan il-jum ħoloq tebgħa mill-aktar sewda fl-istorja tal-eżistenza umana fejn eluf ta’ persuni tilfu ħajjithom f’attakki ppjanati sal-aħħar dettall li kellhom l-għan ewlieni li minbarra li jaħsdu l-ħajja ta’ persuni innoċenti, jixħtu lid-dinja kollha f’terrur bla preċedent.

    Il-vittmi ta’ dan l-attakk kienu ta’ età li tvarja bejn is-sentejn u l-85 sena. Huwa kkalkulat li madwar 75% tal-vittmi kienu rġiel. F’dawn ir-ritratti ppubblikati ma’ dan l-artiklu jidhru xeni tad-diżastru li tant ħalla effett tant li minn fost it-tifrik, id-duħħan dan ħiereġ sa erbat ijiem wara.

    It-tfittxija ta’ salvataġġ għal dawk li nqabdu fit-tifrik damet ġranet sħaħ, iżda kienu biss 20 persuna li nstabu. L-aħħar persuna li kienet ġiet salvata kien Genelle Guzman-McMillan. Huwa kien ġie salvat 27 siegħa wara il-kollass ta’ North Tower.

    Huwa kkalkulat li t-tindif dam sat-30 ta’ Mejju tas-sena 2002. B’kollox kien hemm involuti s-sehem ta’ 3.1 miljun siegħa ta’ ħidma bil-għan li jitnaddfu 1.8 miljun tunnellata ta’ tifrik.

    Fuq kollox, dan huwa jum li bidel l-eżistenza umana tant li minn dakinhar, it-theddida tat-terroriżmu saret waħda reali.