Pulizija jiksbu suċċess fil-kampjonati Nazzjonali tal-Powerlifting

    Nhar il-Ħadd 9 ta’ Settembru 2018 żewg membri tal-korp tal-Pulizija PC436 Charles Degiorgio u PC234 Ryan Muliet ħadu sehem fil-kampjonati Nazzjonali tal-Powerlifting. Degiorgio ikompeta fil-kategorija ta’ taħt -il 75kg filwaqt li Muliet f’dik ta’ taħt it-82.5kg. Charles Degiorgio spiċċa fl-ewwel post overall u sar Champion Nazzjonali b refat ta 200kg Squat, 120kg Bench Press u 240kg Deadlift. Ryan Muliet kellu wirja pożittiva ħafna fl-ewwel kompetizzjoni tiegħu f’dan l-isport fejn spiċċa fil-ħames post fil-kategorija tiegħu b’refat ta’130kg Squat, 70kg Bench Press u 175kg Deadlift. Charles Degiorgio issa beda l-preparamenti tiegħu għall-kampjonati mondjali li ser isiru f Novembru li ġej fi Scotland.