Is-suq tat-trasferimenti Ingliż lura għal 31 ta’ Awwissu?

    Il-Premier League Ingliż ser jerġa’ jċaqlaq id-data tal-għeluq tat-trasferimenti sal-31 ta ’Awwissu. Fil-fatt qabel il-bidu ta’ dan l-istaġun, id-data magħżula biex jingħalaq kollox kienet id-9 ta’Awwissu u dan it-tibdil sar sabiex il-clubs Ingliżi jlestu t-trasferimenti qabel tibda l-ewwel ġurnata ta’ logħob.

    Minkejja kollox, l-istess clubs Ingliżi ma kinux kuntenti b’din il-bidla għax ma setgħux ikomplu jsaħħu lit-timijiet tagħhom wara d-9 ta’Awwissu apparti li setgħu jitilfu xi plejers li klabbs barranin setgħu jixtru.

    Dan it-tibdil ikkuntrasta bil-qawwi d-data ta’ għeluq ta’ diversi pajjiżi li baqgħet fl-aħħar ta’ Awwissu, bit-timijiet Ingliżi li sostnew li kellhom żvantaġġ ta’ tliet ġimgħat fuq l-oħrajn.