Aaron Ramsey viċin li jġedded ma’ Arsenal

    Il-kuntratt tal-player ta’ nofs il-ground ta’ Arsenal Aaron Ramsey ser jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun, iżda t-taħditiet maż-żewġ partijiet sabiex jiġi mġedded qegħdin jimxu fit-triq it-tajba.

    Sadanittant diversi timijiet rivali tal-Gunners qed jippruvaw jattiraw lil Ramsey sabiex jiksbu l-firma tiegħu iżda minn dan kollu s’issa ma seħħ xejn.

    Għalkemm dawn l-istess taħditiet kienu għaddejjin b’pass kajman, issa jidher li l-affarijiet qed jiċċaqalqu u kollox jidher li l-midfielder ta’ 27 sena ser ikompli l-karriera tiegħu fl-Emirates Stadium.

    Ramsey ilu ma’ Arsenal sa mis-sena 2008 fejn lagħab 238 partita u skorja 36 goal. Kien hemm perjodu fejn kien misluf ukoll Nottingham Forest u Cardiff City.