Luke Shaw jagħrbel sew il-futur tiegħu

    Id-difensur xellugi ta’ ManchesterUnited Luke Shaw mhux mgħaġġel sabiex jiffirma ftehim ġdid mal-club tiegħu. Il-kuntratt ta’ Shaw jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun bir-Red Devils li għandhom seba’ mitt sena sabiex joffrulu ftehim għal żmien twil.

    Għalkemm Shaw jidher li jista’ jiffirma dan il-kuntratt, huwa għadu jiftakar kif riċentement ma kienx qed isib post fl-iskwadra u qed jistenna u jagħrbel sew din id-deċiżjoni sabiex jara jibqax jilgħab f’Old Trafford.

    Shaw weġġa’ s-Sibt li għadda fil-partita li t-team nazzjonali Ingliż lagħab kontra Spanja meta kellu mpatt ma’ Dani Carvajal.