Partitarju jmut minħabba rassa qabel il-logħba bejn Madagascar u s-Senegal

    Mill-inqas spettatur safa maqful u madwar 40 imweġġa’, tnejn minnhom serjament, waqt rassa li seħħet fl-istadium ta’ Madagascar wara li l-kjuwijiet għat-dħul bdew minn fil-għodu kmieni għal-logħba kontra s-Senegal mir-round ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Naz­zjonijiet Afrikani 2019 li kella tibda fis-2.30 pm.

    Il-logħba kienet ferm mistennija meta s-Senegal kellhom fit-team lil Saido Mane u Balde Keita.