Edwin van der Sar jiċħad li se jkun id-direttur tal-football ta’ Manchester United

    Edwin van der Sar, ċaħad li se jkun id-direttur tal-football il-ġdid ta’ Manchester United.

    Ir-Red Devils bħalissa m’għandhomx xi ħadd f’dan l-irwol u l-eks goalkeeper tal-United kif ukoll Luis Campos, li diġáħadem ma’ Jose Mourinho, kienu assoċjati ma’ din il-kariga.

    Il-goalkeeper Olandiż, lagħab għal sitt staguni f’Old Trafford fejn rebaħ erba’titli tal-Premier League kif ukoll iċ-Champions League.Bhalissa huwa l-kap eżekuttiv ta’ Ajax.

    Waqt intervista huwa stqarr: “fil-jiem li għaddew qrajt rapporti dwar il-possibbiltá tal-kariga l-ġdida tiegħi, peró niksta’ nikkonferma li din l-aħbar hija falza.”

    Huwa kompla jgħid li fadallu sentejn oħra fil-kuntratt tiegħu iżda jixtieq jibqa’għal aktar snin ma’ Ajax.