Nicklas Bendtner arrestat wara li ħebb għal sewwieq ta’ taxi

    Nicklas Bendtner ġie arrestat wara li tadaqqa ta’ ponn u kisser ix-xedaq ta’ xufier ta’ taxi fis-sigħat bikrini tal-Ħadd filgħodu.

    L-eks attakkant ta’ Arsenal, li bħalissa qed jilgħab ma’ Rosenborg,  huwa mifhum li nhar is-Sibt fil-għaxija kien fil-belt ta’ Copenhagen.

    Il-pulizija ta’ din il-belt ikkonfermat li rċeviet rapporti ta’ vjolenza fuq xufier tat-taxi fis-2.30 am tal-Ħadd.

    Il-player ta’ 30 sena lagħab ukollgħalWolfsburg, Nottingħam Forest u issa Rosenberg minn mindu telaq lil Arsenal lura fl-2014.

    Huwa kien b’self ma’ Sunderland, Birmingħam u Juventus waqt iż-żmien tiegħu mal-Gunners.

    Bendtner ma kienx inkluż fl-iskwadra tad-Danimarka li lagħbet kontra Wales l-Ħadd filgħaxija.

    Il-player ta’ 27 sena ffirma kuntratt ġdid li ser iżommu mal-club Norveġiż sal-2023.