Zinedine Zidane jgħid li dalwaqt se jirritorna fil-football

    Zinedine Zidane jgħid li dalwaqt se jkun lura fl-inkarigu ta’ manager

    Il-coach Franċiż ħallalil Real Madrid dan is-sajf, wara li rebaħ il-UEFA Champions League għat-tielet darba konsekuttiva ma’ Los Blancos.

    U l-eks rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja kkonferma nhar il-ħadd li huwa diġá qed iħares biex jirritorna fix-xena tal-football.

    Meta ġie mistoqsi f’intervista meta se jirritorna, huwa qal:“Iva. Dalwaqt se nerġa’ lura għax dak li nħobb nagħmel u ilni ħajti kollha nagħmlu.”

    Il-manager ta’ 47 sena għamel din id-dikjarazzjoni waqt li kien qed jara lit-tifel tiegħu, Elyaz, jilgħab għal wieħed mit-timijiet tal-junior Real Madrid.

    Zidane bħalissa huwa l-favorit li jkun il-manager li jmiss ta’ Manchester United hekk kif il-pressjoni qed tkompli tikber fuq dak attwali, José Mourinho.