Qtugħ fil-provvista tal-ilma fil-Kottonera, Kalkara, Żabbar, Xgħajra u Marsaskala

    Il-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma tixtieq tinfurma lill-pubbliku li sfortunatament reġgħet żviluppat ħsara f’punt kruċjali tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma. Il-ħaddiema tal-korporazzjoni qed jagħmlu dak kollu possibli biex jillimitaw l-inkonvenjent lill-pubbliku. Madankollu residenti tal-Kottonera, Kalkara, Żabbar, Xgħajra u Marasaskala għandhom jesperjenzaw qtugħ fil-provvista tal-ilma madwar siegħa oħra.
     
    Kull minn għandu bżonn assistenza jista’ jċempel fuq freephone: 80076400
     
    Il-Korporazzjoni tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.
     
    Il-Korporazzjoni tinnota wkoll li fil-gimgħat li ġejjin ser jibdew xogħlijiet biex din iż-żona jkollha distribuzzjoni alternattiva f'każ ta' ħsara.