Danusan fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018

    Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ hi attività li se tittellgħa għall-ewwel darba waqt il-Festival Nazzjonali talKtieb 2018 (Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta) u se tkun għaddejja matul l-aħħar tlett ijiem talFestival: il-Ġimgħa, 9 ta’ Novembru fis-7.30pm, is-Sibt 10 ta’ Novembru fis-7pm u l-Ħadd 11 ta’ Novembru fit-3pm.

    Id-duo Danusan flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jistiednu familji, tfal u kbar biex jixtru lbiljetti u jiġu għal show ta’ siegħa u nofs mimlija divertiment u daħk, dejjem fil-kuntest tal-kotba u tal-qari. Ix-shows se jsiru f’Republic Hall, MCC u l-biljetti jistgħu jinxtraw direttament mis-sit ta’ Showshappening: https://bit.ly/2CCPds5. Il-biljetti jridu jinqatgħu minn qabel u jibdew mill-prezz ta’ €5.